Gowl fl-ewwel taqsima ta’ Alvaro Morata kien biżżejjed biex Atletico Madrid fetħu l-kampjonat tagħhom b’rebħa ta’ 1-0 fuq Getafe fil-Wanda Metropolitana. L-attakkant skorja l-gowl rebbieħ fit-23 minuta meta għola tajjeb u skorja b’daqqa ta’ ras wara kross mil-lemin tad-debuttant Kieran Trippier.
Iż-żewġ timijiet kellhom jilagħbu t-tieni taqsima b’raġel anqas. L-ewwel kien il-plejer ta’ Getafe Jorge Molina li ntwera l-karta l-ħamra mir-referee Guillermo Cuadra Fernandez wara konsultazzjoni mal-VAR minħabba interpretazzjoni li rifes lil Thomas Partey. Erba’ minuti wara, Renan Lodi ġie muri ż-żewġ karti sofor fi ftit ħin, bit-tieni waħda tasal minħabba li xejjer idu fuq plejer avversarju.
Atletico kellhom iċ-ċans li prattikament jaċċertaw mir-rebħa fit-58 minuta meta ngħataw penalty. Kienet azzjoni mill-aqwa tad-debuttant żagħżugħ Joao Felice li b’azzjoni personali beda f’nofs il-grawnd u ħarbat lid-difiża avversarja sakemm twaqqa’ fil-kaxxa. Morata nkariga ruħu iżda ra x-xutt fuq ix-xellug tiegħu jkun imdawwar f’korner minn David Soria.
Getafe baqgħu jippruvaw isalaw punt mil-logħba u anki laqtu l-lasta fis-86 minuta b’xutt minn barra l-kaxxa ta’ Angel Rodriguez jistampa mal-mimduda.
La Liga
Il-Ġimgħa: Athletic Bilbao v Barcelona 1-0
Is-Sibt: Celta Vigo v R. Madrid 1-3, Valencia v Real Sociedad 1-1, Mallorca v Eibar 2-1, Leganes v Osasuna 0-1, Villarreal v Granada 4-4
Il-Ħadd:Deportivo Alaves v Levante 1-0, Espanyol v Sevilla 0-2, Real Betis v Real Valladolid 1-2, Atletico Madrid v Getafe 1-0
//= $special ?>