“Agħtina lura l-art tagħna… Qed nibda niddubita jekk huwx ser ikunu jistgħu jattiraw l-4,000 student fil-perjodu ta’ żmien imwiegħed…” kliem il-Membru Parlamentari Glenn Bedingfield fuq il-gazzetta The Sunday Times… b’dikjarazzjoni ċara lejn Joseph Muscat, il-Prim Ministru tiegħu stess, li dik l-imsejħa Università Amerikana kienet falliment assolut tal-Gvern.
Pero mhux talli kienet falliment, u qatt ma rat l-istudenti li kella tara.. talli issa r-residenti tal-Isla u ta’ Bormla jinsabu rrabjati dwar l-estensjoni tal-Università tal-Gordanizi, l-AUM – estensjoni bi kwazi d-doppju ta’ li hi bħalissa, u l-pjan li jsir bini ta’ dormitorju għall-istudenti tal-università, f’Bormla, fid-daħla tal-Isla.
Mela jekk kif qed jgħid Glenn Bedingfield, jiddubita li se tatratta 4,000 student, x’inhi r-raġuni li l-Gvern tiegħu, tal-Labour irid jestendi din l-istess Università? .. x’inhi r-raġuni li Glen Bedingfield tkellem biss dwar id-dormitorju u mhux dwar l-estenzjoni tal-Università li se tkun qed tieħu l-vera parkeġġ użat mir-residenti?
Din l-estenzjoni massiċċa apparti li se tkompli teqred proġett ta’ tisbiħ li kien għamel Gvern Nazzjonalist f’din iż-żona, ser ikun qed tara l-viżwal ta’ Forti San Mikiel jinħeba, kif ukoll parkeġġ meqrud għal kollox.
Il-bini tad-dormitorju ta’ ħames sulari hu propost li jsir flokk l-unika spazju miftuħ f’Bormla; spazju li anke jintuża ta’ parkeġġ. U għalekk dan l-iżvilupp se jkompli jżid il-problema kbira ta’ parkeġġ li teżisti fiż-żona.
Il-Membru Parlamentari tal-Gvern saħansitra wera tħassib lejn l-għadd dejjem jiżdied ta’ karozzi fit-toroq ta’ dawn il-gżejjer żgħar.. “il-parking huwa kwistjoni kullimkien”, qal Beddingfield… wasal biex qal hekk anke fl-isfont ta’ ħafna kontroversja dwar twessigħ ta’ toroq u tqaċċit ta’ siġar… li bla dubju mhux isolvu din il-problema li qed isemmi Bedingfield.
Pero filwaqt li jrid l-art tingħata lura lin-nies tal-Kottonera, Bedingfield faħħar lill-Gvern li skontu qed jagħti prijorità lit-Tliet Ibliet.
Filwaqt li Bedingfield ammeta li din l-Università kienet falliment u ma jridx li tkun estiża… hu faħħar lill-investituri Ġordaniżi tal-binja li bnew… binja li baqgħet relattivament dejjem vojta.
“Il-problema tal-parkeġġ mhix l-unika raġuni għalfejn jiena kontra l-iżvilupp tal-bini fuq dan l-ispazju miftuħ, il-kwistjoni l-oħra hi li se nkunu qed nitilfu spazju miftuħ ieħor”, qal Glenn Bedingfield… bla dubju spazju miftuħ ieħor fost dawk il-ħafna li qed jeqred l-istess Gvern Laburista bil-kostruzzjoni.



