Chelsea għadhom qed ifittxu l-ewwel rebħa taħt it-tmexxija ta’ Frank Lampard, wara li kienu miżmuma fi draw ta’ 1-1 kontra Leicester fi Stamford Bridge. Chelsea kellhom bidu b’saħħtu u meritatament marru fil-vantaġġ fis-seba’ minuta, biż-żagħżugħ Mason Mount jisraq ballun mingħand Wilfred Ndidi, u b’xutt fil-baxx għeleb lil Kasper Schmeichel għall-ewwel gowl tiegħu fil-Premier League.
Leicester tjiebu mal-ħin u rnexxielhom iġibu d-draw fis-67 minuta, b’korner mil-lemin ta’ James Maddison isib lil Wilfred Ndidi li tħalla waħdu fil-kaxxa u għeleb lil Kepa Arrizabalaga b’daqqa ta’ ras b’saħħtiha.
Sheffield United jinsabu b’erba’ punti wara żewġ logħbiet, b’rebħa ta’ 1-0 f’Bramall Lane, liema t-telfa fissret it-tieni waħda konsekuttiva għal Crystal Palace. Il-gowl rebbieħ wasal kmieni fit-tieni taqsima, b’xutt ta’ Luke Freeman ikun salvat parzjalment, bil-ballun jispiċċa għand John Lundstram li skorja mill-viċin.
//= $special ?>