Federico Falcone ingħaqad ma’ Birkirkara u ffirma kuntratt ta’ sentejn. Għaldaqstant il-plejer mill-Arġentina se jkun qed jirritorna Malta wara nuqqas ta’ tliet staġuni. Fil-fatt l-aħħar li lgħab fil-kampjonat Malti kien fl-istaġun 2015/2016 meta kien jilgħab ma’ Valletta.
Fi 42 partita dak l-istaġun huwa skorja 24 gowl mal-Beltin fosthom tliet gowls fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni taċ-Champions League. Falcone qatta l-aħħar staġun fil-Portugall fejn kien qed jilgħab mal-klabb famuż ta’ Boavista. Magħhom lgħab 26 partita u skorja ħames gowls.
Wara l-esperjenza tiegħu ma’ Valletta, apparti fil-Portugall, Falcone li għandu 29 sena, kien lgħab ma fil- Malasja. Birkirkara qegħdin ikomplu jsaħħu l-iskwadra tagħhom bit-tama li dan l-istaġun huma jisfidaw għar-rebħ tal-kampjonat.
Fil-fatt kollox jindika wkoll li l-Karkariżi jinsabu viċin li jilħqu ftehim mal-midfielder laterali Brażiljan ta’ 24 sena Caio Rocha. Rocha qatta l-maġġor parti ta’ ħajtu jgħix fi Spanja fejn ta’ età żgħira kien jilgħab fl-akkademja ta’ RCD Mallorca sakemm mar lura l-Brażil u ngħaqad ma’ Cortiba. L-istaġun li għadda reġa mar Spanja ma’ Inter Ibiza C.D.
//= $special ?>