Kompliet il-ħidma tal-Pulizija mill-Iskwadra tat-traffiku hekk kif dalgħodu wettqu operazzjoni fi Triq il-Kosta sabiex irażnu l-velocità eċċessiva.
Kelliema għall-Pulizija spjegaw li ġew spezzjonati ‘il fuq minn 200 vettura fejn 79 minnhom instabu li kienu għaddejjin b’veloċita eċċessiva b’waħda minnhom kienet qed tinstaq b’121 km fis-siegħa f’zona ta’ 70km.
Dan filwaqt li nstabu żewġ persuni nstabu ma kienux lebsin ċintorin tas-sigurtà fosthom tarbija kif ukoll żewġ vetturi nstabu li kienu qed jinstaqu mingħajr number plates ta’ quddiem.
Dan kollu bħala parti minn diversi operazzjonijiet madwar l-Ewropa sabiex tiġi infurzata s-sigurtà fit-toroq.
//= $special ?>

