Futbol Sport

Inizjattiva sabiħa minn Floriana Supporters Club għal Puttinu Cares

Il-Kampjonat Premier jibda l-ġimgħa d-dieħla iżda l-inizjattivi pożittivi mill-partitarji diġà bdew. Inizjattiva partikolari hi dik li se jkunu qed jieħdu Floriana Supporters Club li fil-bidu tal-istaġun se jkunu qed jgħinu lil ħaddieħor.

Għat-tieni partita tal-kampjonat li Floriana għandhom kontra Balzan il-Ħamis 29 ta’ Awwissu u d-derby kontra Valletta l-Ħadd 15 ta’ Settembru, Floriana Supporters Club se jkunu qed jagħmlu ġest mill-isbaħ hekk kif is-somma li se tinġabar mil-lotterija tas-soltu se tmur kollha għal Puttinu Cares Foundation.