Għalkemm ftit jiem qabel il-bidu tal-kampjonat tas-Serie A, Inter għadhom qed jaħdmu biex jakkwistaw attakkant biex jiżdied ma’ Lautaro Martinez u Romelu Lukaku. Teżisti probabbiltà kbira li l-kowċ Antonio Conte jkollu lil Alexis Sanchez.
Wara li Edin Dzeko ġedded il-kuntratt ma’ Roma, Inter jidher li xeħtu l-attenzjoni tagħhom fuq Sanchez, plejer li diġà lagħab fl-Italja ma’ Udinese bejn l-2008 u l-2011.
L-aħħar laqgħa bejn il-plejer u l-klabb tiegħu Manchester United avviċinaw li jintlaħaq qbil biex dan it-trasferiment iseħħ, tant li rapporti fl-Italja qed jindikaw li Sanchez jista’ jasal fl-Italja għada biex jagħmel l-eżami mediku u jiffirma l-kuntratt.
Konxji mill-fatt li għandhom qbil ma’ Sanchez, Inter qed jippruvaw jakkwistaw liċ-Ċilen b’self għal staġun u bid-dritt li jixtru l-plejer għal €15-il miljun. Jidher ukoll li Manchester United jistgħu jħallsu parti mis-salarju biex jagħmluha aktar faċli għaliha biex jiċċaqlaq, hekk kif jidher li mhux parti mill-ħsibijiet tal-manager Ole Gunnar Solskjaer.
Sanchez kien ingħaqad mar-Red Devils mingħand Arsenal f’Jannar tas-sena l-oħra bħala tpartit ma’ Henrikh Mkhitaryan.
//= $special ?>