Lokali Qorti

Jitressaq il-Qorti akkużat li ħebb għal uffiċjal tal-ħabs

Priġunier fil-Faċilita Korrettiva ta’ Kordin tressaq il-Qorti akkużat li ħebb għal gwardjan tal-ħabs hekk kif il-ħaddiem kien qiegħed fuq il-lant tax-xogħol.

Anthony Borg ta’ 36 sena kien akkużat li hedded jew saħansitra inġurja lis-supervisior Martin Schembri.

Filwaqt li Borg ċaħad kull akkuża miġjuba kontrih, il-Prosekuzzjoni immexxija mill-Ispettur Sarah Zeraga talbet lill-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Simone Grech, sabiex tqis lil Borg bħala riċediv, kif ukoll appellat sabiex tipprovdi għas-sigurtà ta’ Scicluna.

Borg, li kien irrappreżentat mill-Avukat tal-għajnuna legali Fransina Abela, wieġeb mhux ħati u nżamm arrestat.