Futbol Sport

Lija jiskbu lil Luca Sacco

Il-midfielder promettenti ta’ 21 sena Luca Sacco ingħaqad ma’ Lija Athletic fl-Ewwel Diviżjoni. L-istaġun li għadda Sacco lagħab ma’ Fgura United fejn magħhom kiseb ukoll promozzjoni għall-Ewwel Diviżjoni. Huwa kellu esperjenzi oħra b’self ma’ Kirkop United u Pietà Hotspurs.

Lija huma mistennija li jkunu wieħed mit-timijiet li se jagħtu sfida għar-rebħ tal-promozzjoni lejn il-Premier Division. Sadanittant Żabbar St. Patrick iffirmaw lil attakkant ta’ 26 sena Jean Claud Cesare.

Għal Cesare dan huwa ritorn ma’ Żabbar hekk kif huwa kien magħhom meta kienu kisbu promozzjoni għall-ewwel diviżjoni fl-istaġun 2016/2017. Fil-passat huwa lagħab ukoll ma’ Vittoriosa Stars, Gudja United u Birżebbuġa.