Mario Balotelli se jirritorna jilgħab l-Italja wara nuqqas ta’ tliet snin hekk kif ipprefera l-offerta ta’ Brescia minn dik ta’ Flamengo. L-għan tiegħu hu li jkollu ċans li jimpressjona lill-kowċ nazzjonali Taljan Roberto Mancini minħabba l-Kampjonat Ewropew tas-sena d-dieħla.
Hu ffirma kuntratt ta’ tliet snin bil-bonus skont jekk Brescia jsalvaw posthom. Għada mistenni jkun preżentat uffiċjalment. Jekk Brescia jsalvaw hu jista’ jkollu salarju ta’ €4.5 miljun.
Balotelli mhux se jkun jista’ jagħmel id-debutt immedjat minħabba li hu sospiż erba’ logħbiet mill-aħħar kampjonat fi Franza. Dan l-akkwist ifakkar ħafna dak ta’ Roberto Baggio fi żmien il-kowċ Carlo Mazzone. Fl-aħħar tliet snin, Balotelli skorja 41 gowl f’76 logħba fil-kampjonat Ligue 1 ma’ Nice u Olympique Marseille.
//= $special ?>