Lokali

Nirien fi Triq Bisazza f’Tas-Sliema

Il-Ħadd filgħaxija għall-ħabta tal-10pm, numru ta’ persuni kellhom jigu evakwati minn blokka appartamenti wara li zviluppaw nirien kbar f’Tas-Sliema, preċiżament fi Triq Bisazza… triq li hija frekwentata minn bosta, minħabba l-ħwienet u ristoranti li fiha.

Minkejja li n-nar, kawża tal-elettriku deher li beda mill-blokka appartamenti… ftit wara, għal-istess raġuni ħa n-nar ħanut, kawża tal-elettriku. Il-Membri tal-Protezzjoni Ċivili sgassaw il-bieb tal-ħanut biex daħlu jitfu n-nar.

Fil-viċinanzi ntlemaħ ukoll uffiċċju li minnu beda ħiereġ id-duħan iżda b’xorta tajba d-dawl inqata’ fil-ħin u dan ma żvilluppax f’aktar nirien.

Jidher li l-każ żviluppa wara xi ħsarat fil-mains tad-dawl… Tant li l-pumpieri taw ordni biex tintefa’ kompletament Triq Bisazza.

Filfatt, skont informazzjoni li kiseb Net News, jidher li d-dawl fil-maġġor parti tat-triq kien għadu maqtugħ tul il-ġurnata tat-Tnejn.

Preżenti fil-post kien hemm numru sostanzjali ta’ membri tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien… kif ukoll ambulanza li assistiet li dawk li ntlaqtu mid-duħħan.

Apparti numru ta’ nies li kienu evakwati minn fuq il-post, mill-blokka gew evakwati anke xi klieb.

Net News staqsejna lill-Enemalta għal aktar dettalji dwar dak li ġara biex anke tasal konferma uffiċjali li dan kollu beda kawża ta’ ħsara fl-elettriku madanakollu għalkemm uffiċjali tagħhom kienu fuq il-post ma kelna l-ebda konferma… anke jekk sorsi fuq il-post li ġew wiċċ imb’wiċċ man-nar ikkonfermaw dan.

Dalgħodu … wieħed mill-ħwienet li ntlaqtu min-nar
Nies jinghataw assistenza medika