Ambjent Kultura Lokali

Propost żvilupp ta’ tliet sulari biswit iċ-ċimiterju tat-Torok

Propost żvilupp ta’ tliet sulari garaxxijiet biswit iċ-ċimiterju tat-Torok fil-Marsa

Iċ-ċimiterju tat-Torok fil-Marsa jista’ jiġi affetwat minn żvilupp ta’ tliet salari garaxxijiet maġenbu.

It-Times of Malta tal-Ħadd irrapurtata li ċ-ċimiterju militari tal-Ottomani jaf jitgħatta b’dan l-iżvilupp industrijali. Dan se jkun qed jinkludi 29 garaxx industrijali.

F’kummenti li ta, il-perit Conrad Thake li ħa ħsieb iċ-ċimiterju f’dawn l-aħħar għaxar snin sejjaħ dan l-iżvilupp bħala wieħed barbaru, u qabbel dan l-isfreġju ma’ dak li wettqu l-ISIS fuq numru ta’ monumenti fil-lvant nofsani.

Huwa qal li ntilef kull rispett lejn il-wirt storiku ta’ pajjiżna.

Dan iċ-ċimiterju mhux l-ewwel darba li kien f’nofs kontroverzja tliet snin ilu, fl-2016 kien hemm applikazzjoni lill-Awtorità tal-Ippjanar fejn kien propost li fabbrika li m’għadiex tintuża fil-Marsa tinbidel f’pompa tal-petrol b’faċilita’ wkoll ta’ carwash. Din il-fabbrika qeda biswit iċ-ċimiterju tat-Torok.

Kienu numru ta’ NGO’s, fosthom din l-Art Ħelwa u Fondazzjoni Wirt Artna, li tkellmu fuq l-impatt ħażin, viżwalment negattiv, fuq iċ-ċimiterju li jmur lura għall-1874. Huma qalu li minbarra li minħabba li qed tkun proposta pompa tal-petrol jista’ jkun hemm ċertu emisjonijiet li jħallu impatt sever fuq l-istat taċ-ċimiterju u l-istat ta’ konservazzjoni ta’ xogħol elaborat tal-ġebla fl-istess ċimiterju. L-istess tħassib ħareġ biċ-ċar mal-proposta tal-iżvilupp propost tal-garaxxijiet biswit iċ-ċimiterju.

Iċ-ċimiterju Musulman Tork huwa skedat bħala bini fi grad numru 1 u kien mibni wara talba li għamel is-sultan Ottoman fi żjara li kien għamel f’Malta fl-1867.