Paris Saint-Germain sofrew l-ewwel telfa tal-kampjonat meta kienu maħsuda minn Rennes u sofrew telfa ta’ 2-1 f’logħba li ntlagħbet f’Roazhon Park. Il-kowċ ta’ PSG Thomas Tuchel ħalla lil Neymar barra mill-iskwadra għat-tieni ġimgħa konsekuttiva fost inċertezza dwar il-futur tiegħu, biċ-champions Franċiżi jbatu biex jinfdu lid-difiża avversarja.
Kienu PSG li fetħu l-iskor wara 36 minuta meta Edinson Cavani kompla għal ġewwa wara żball difensiv tal-avversarji, iżda M’Baye Niang ġab id-draw qabel tmiem l-ewwel taqsima. Romain Del Castillo skorja dak li spiċċa biex kien il-gowl rebbieħ b’daqqa ta’ ras fit-48 minuta. Rennes ingħaqdu ma’ Olympique Lyon u Nice fil-quċċata b’punti massimi minn żewġ logħbiet filwaqt li PSG jinsabu fit-tmien post.
Ligue 1
Il-Ġimgħa: Olympique Lyon v Angers 6-0
Is-Sibt: Nantes v Olympique Marseille 0-0, Bordeaux v Montpellier 1-1, Metz v Monaco 3-0, Toulouse v Dijon 1-0, Nimes v Nice 1-2, Amiens v Lille 1-0
Il-Ħadd: Saint-Etienne v Brest 1-1, Reims v Strasbourg 0-0, Rennes v PSG 2-1
Klassifika wara t-tieni ġurnata: Olympique Lyon 6 punti, Rennes 6 punti, Nice 6 punti, Metz 4 punti, Reims 4 punti, Saint-Etienne 4 punti, Toulouse 4 punti, PSG 3 punti, Amiens 3 punti, Lille 3 punti, Angers 3 punti, Strasbourg 2 punti, Brest 2 punti, Nantes punt, Montpellier punti, Bordeaux punt, Olympique Marseille punt, Dijon 0 punti, Nimes 0 punti, Monaco 0 punti
//= $special ?>