Sewwieq ta’ mutur ta’ 42 sena mill-Ħamrun qed isofri ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident fi Triq il-Kosta in-Naxxar. Mill-ewwel stħarriġ jidher li r-raġel tilef il-kontroll tal-mutur tiegħu u nqaleb.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata lkura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>