Żagħżugħa minn San Ġwann spiċċat tissielet għal ħajjitha hekk kif kienet involuta f’inċident tat-traffiku.
Il-każ seħħ ftit wara 15.00pm fi Triq ir-Rabat, in-Nadur Għawdex hekk kif għal xi raġuni it-tfajla ta’ 23 sena tilfet il-kontroll tal-quad-bike bil-konsegwenza li nqalbet. Abbord il-vettura kien hemm ukoll tfajla oħra ta’ 23 sena minn San Ġwann.
Fuq il-post ġie msejjaħ immedjatament tim mediku tal-ambulanzi sabiex il-vittmi ttieħdu l-isptar għal aktar kura fejn it-tfajla li toqgħod San Ġwann ġiet ċertifikata li ġarrbet ġrieħi kritiċi.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Bridget Sultana li ħatret inkjesta Maġisterjali.
//= $special ?>