Futbol Sport

Tliet persuni jmutu kawża ta’ ġlied bejn partitarji rivali fil-Honduras

(Ritratt: EPA)

Tliet persuni mietu fi ġlied bejn partitarji rivali fil-Honduras, bl-eks plejer ta’ Celtic Emilio Izaguirre fost l-għaxar persuni li weġġgħu. L-inċidenti seħħew ġewwa u barra l-istadium qabel id-derby bejn Olimpia u Motagua f’Tegucigalpa.

Izaguirre li għandu 33 sena, kien wieħed mit-tliet plejers li weġġa’ meta bdew jintefgħu l-ġebel lejn ix-xarabank ta’ Motagua barra mill-istadium. Hu tefa’ ritratt tiegħu fuq il-media soċjali u qal li l-ħġieġ għamlitlu ħsara f’għajnejh.

(Ritratt: EPA)

Fi storja fuq instagram, Izaguirre qal li hu ta’ uġigħ biex jaħseb fuq dawk li mietu f’dawn il-ġlidiet. Hu naqas li jkabbar il-feriti tiegħu hekk kif qal li xi ħġieġ daħal f’għajnejh imma żied li xejn mhu serju u m’hemmx periklu.

Il-logħba ġiet posposta riżultat tal-vjolenza li kien hemm, bil-pulizija tuża l-gass tad-dmugħ biex tattakka lill-ġellieda. Motagua tefgħu t-tort fuq il-partitarji ultras ta’ Olimpia fejn qal li għandhom ikunu sanzjonati mill-awtoritajiet.

Izaguirre kien beda l-karriera ma’ Motagua fl-2003 qabel ingħaqad ma’ Celtic fl-2010 fejn magħhom rebaħ seba’ kampjonati Skoċċiżi. Hu rritorna ma Motagua f’dan l-istaġun.