Id-difensur xellugi Clayton Failla se jibda esperjenza oħra fil-Kampjonat Premier hekk kif ingħaqad ma’ Ħamrun Spartans b’kuntratt ta’ sena. Il-plejer ta’ 33 sena se jagħti għażla importanti lill-kowċ Manuele Blasi, speċjalment wara li d-difensur Matthew Gauci weġġa’ fit-tul. Apparti minn hekk, Failla kapaċi jilgħab ukoll aktar avvanzat mal-linja xellugija.
Hu kien għamel id-debutt fil-Kampjonat Premier ma’ Żabbar St. Patrick fl-istaġun 2004/2005. Failla jibqa’ rinomat l-aktar għaż-żmien tiegħu li għamel ma’ Hibernians hekk kif ingħaqad magħhom fl-2005 u b’eċċezzjoni ta’ żewġ staġuni ma’ Sliema Wanderers, lagħab mal-Pawlisti sas-sajf li għadda. Failla ngħaqad ma’ Floriana, iżda minkejja li kien plejer regolari naqas li jħalli l-impatt mixtieq tant li spiċċa bidel il-klabb wara nofs staġun u f’Jannar ta’ din is-sena ngħaqad ma’ Birkirkara.
Tul il-karriera tiegħu, Clayton Failla rebaħ darbtejn il-Plejer tas-Sena fl-istaġun 2008/09 u 2011/12 u mat-tim nazzjonali lagħab 58 logħba. Fost l-unuri li rebaħ, Failla rebaħ tliet darbiet il-kampjonat u erba’ darbiet l-FA Trophy.
//= $special ?>