Lokali

Każ qawwi kontra impjiegi u konsulenzi lill-Membri Parlamentari tal-Gvern

Huwa assolutament inaċċettabbli għall-Ministri tal-Gvern, li jagħmlu użu minn entitajiet uffiċjali għall-għanijiet personali tagħhom.

Id-Dipartiment tal-Informazzjoni qed iservi għall-propaganda tal-gvern… L-istess jista’ jingħad għall-midja tax-xandir tal-istat, li hija dejjem hijacked mill-gvern għall-finijiet politiċi tiegħu… Flimkien mal-impjiegi għall-backbenchers u l-impjieg ta’ numru dejjem jikber ta’ persons of trust..

Ftit iktar minn xahar wara li l-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, George Hyzler, għamel każ qawwi kontra l-unżanza li daħlet f‘dawn l-aħħar snin li tagħti impjiegi u konsulenzi lill-Membri Parlamentari ta’ backbench. Huwa ta deċiżjoni importanti li hi maħsubha biex ixxejjen drawwa li tmur kontra l-ispirtu u l-ittra ta’ governanza tajba.

Dan ħareġ mill-Editorjal tal-gazzetta Times of Malta li saħqet li huwa diġa ħażin biżżejjed li tara li l-linji bejn il-gvern u l-partit isiru dejjem aktar mċajpra, nuqqas ieħor li jkompli jimmina d-demokrazija tal-pajjiż.

Filfatt, il-Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi kien qal li “ma kienx jaf”  li wieħed ma setax joħloq kumpanija offshore mingħajr ma jiddikjara dan mad-Dipartiment  tat-taxxa,u li “ma kienx jaf” li ma setax jagħmel użu mid-Dipartiment tal-Informazzjoni biex ixerred informazzjoni ta’ natura personali.

Konrad Mizzi kien għamel dan meta kien ħareġ stqarrija jħabbar li kien qed jirtira diversi kawżi ta’ libell fuq akkużi kontrih ta’ ħasil ta’ flus.

Il-kummissarju għamel distinzjoni bejn kwistjonijiet ta’ interess għall-pubbliku, jiġifieri dawk li jissodisfaw il-kurżità pubblika, u kwistjonijiet ta’ interess pubbliku li jikkonċernaw deċiżjonijiet u azzjonijiet meħuda mill-mexxejta tal-istat.

Dr Hyzler  ġustament sostna li dipartiment tal-Gvern jidħlu fi frodi politika billi jużaha biex ixerred, biex issegwi aġenda personali jew partiġjana…  li jammontaw għal abbuż ta’ riżorsi pubbliċi.L-editorjal itemm jgħid li l-abbuż m’għandux ikun tollerat fl-ebda ħin taħt kwalunkwe amministrazzjoni.