Sa ħames xhur qabel ma’ seħħ il-hacking fuq il-Bank of Valletta, l-FBI diġà kien qed issegwi dak li qed iseħħ f’Malta f’dak li kienu l-possibbità ta’ tentattivi ta’ hacking mill-Korea ta’ Fuq. Dan kwotatu l-gazzetta Times of Malta.
Lura fi Frar li għadda, il-BOV sofra cyber attack fejn ġie rrappurtat li ġew misruqa mat-tlettax il-miljun Ewro – li ħafna minnhom, għalkemm mhux kollha, ġew irkuprati.
Informazzjoni mibgħuta mid-Dipartiment tal-Ġustizzja Amerikan lill-gvern Malti l-għada li l-BOV temporanjament spiċċa offline fi Frar li għadda wera dettalji dwar kif dan il-hack probabbilment ġie minn grupp milll-Korea ta’ Fuq, magħrufa bħala Lazarus.
L-FBI tal-Istati Uniti kien diġa qed jinvestiga tentattivi ta’ hacking mill-Korea fuq Malta kważi ħames xhur qabel ma seħħ l-attakk fuq i l-BOV. Filfatt l-istess sinjali ta’ tentattivi saħansitra ġew innutati ftit ġimgħat qabel l-attak fuq il-bank Malti.
Il-hackers kienu l-kawża ta’ inkonvenjent kbir hekk kif il-komunità kummerċjali ffriżat minħabba dawn l-attakki hekk kif huma rnexxielhom jidħlu fis-sistemi tal-IT tal-BOV, u jaħtfu l-miljuni.
Il-Bank of Valletta b’mod temporanju kien waqqaf is-servizzi tiegħi malli l-uffiċjali tal-bank irrealizzaw li kien hemm riskju.. il-bank kien waqqaf is-servizzi kollha tiegħu offruti mill-fergħat imma wkoll online.
Filfatt il-klijenti tal-bank ma setgħux jiġbdu flus mill-ATMs fost oħrajn.
Għalkemm l-awtoritajiet traċċaw ħafna mill-fondi misruqa, sorsi involuti fl-investigazzjoni qalu li kważi miljun ewro sparixxew u x’aktarx li qatt ma jiġu rkuprati.
//= $special ?>