Lokali

L-istorja tal-Konkors Indipendenza tkompli

L-ewwel edizzjonijijet ta’ dak li llum nafuh bħala l-Konkors Kanzunetta Indipendenza kienu jsiru fi stabbiliment il-Buskett fis-snin sebgħin u kien jissejjaħ is-Singers Festival.

F’dawn l-ewwel edizzjionijiet, il-kantanti kieu jinterpretaw kanzunetti popolari tal-mument b’lingwi differenti.

Fl-1983 imbagħad il-festival bidel ismu għal Konkors Kanzunetta Indipendenza. Dik is-sena il-Konkors intrebaħ minn Jo Naudi bil-kanzunetta Nibqggħu Ngħożżuh Malti.

Mill-1983 il-Konkors beda’ jittella’ fl-Arena tal-Indipendenza fil-Furjana, fejn baqa’ jsir sal-1985. Fl-1986 u l-1987 imbagħad dan sar t’Ta Qali.

Wara waqfa ta’ 10 snin bejn l-1987 u l-1997 il-Festival reġa’ beda’ jsir bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Festi tal-Indipendenza fuq il-Fosos tal-Furjana b’xi eċċezzjonijiet fejn sar f’lokalitajiet oħra fosthom fit-Teatru l-Antik u anke fid-Dar Ċentrali. Din is-sena, il-konkors se jsir f’park attrezzat apposta quddiem id-Dar Ċentrali.

Minn dakinhar ‘l hawn dan il-festival kompla jżid fil-popolarità u kien ukoll ta’ pjattaforma għal kantanti popolari…li wħud minnhom saħansitra rebħu l-konkors.

Is-sena ta’ wara Ira Losco kienet rebħet il-Festival biex telgħet tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest permezz tad-diska 7th Wonder.

Kantanti oħra prominenti li rebħu l-festival jinkludu lil Miriam Christine li rebħitu fl-1998, Claudette Pace li rebħitu s-sena ta’ wara, lil Lawrence Gray fl-2002 u Roger Tirazona ma’ Nadine Axisa fl-2003

Eleonor Cassar rebħet il-konkors fl-2005, biex is-sena ta’ wara rebħitu Claudia Faniello bid-diska Ma Nafx.

Fl-2007 Ivan u Kaya rebħu permezz ta’ Dan hu l-Mument.

Ismijiet oħra rinomati li pparteċipaw u reħbu l-konkors kienu Amber Bondin, Mike Spiteri, Deborah C u Fabrizio Faniello.

Dan il-Konkors li din is-sena se jinqasam f’żewġ serati, waħda Juniors u l-oħra Seniors, li t-tnejn li huma jixxandru live fuq Net TV, u li għalihom hemm ukoll it-televoting award.

Il-konkors se jsir fit-18 u d-19 ta’ Settembru u l-applikazzjonijiet għal dawk kollha interessati għadhom miftuħin.

Kull min jixtieq japplika jista’ jiġbor applikazzjoni mir-reception ta’ Media Link Communications tal-Pietà sa nhar it-tletin t’Awwisu.