Ekonomija Lokali

Malta fost il-pajjiżi b’rata ta’ inflazzjoni ogħla mill-medja Ewropea

Malta hi fost wieħed mill-pajjiżi b’rata ta’ inflazzjoni ogħla mill-medja tal-Unjoni Ewropea u taz-zona Ewro.

Filfatt, f’Lulju pajjiżna rreġistra rata ta’ inflazzjoni ogħla minn 15 mit-28 pajjiż fil-blokk Ewropew.

Pajjiżna rreġistra rata ta’ inflazzjioni ta’ 1.8% għal dan ix-xahar – filwaqt li l-medja fiz-zona Ewro kienet ta’ 1.0%.

Malta żammet max-xejra tal-aħħar xhur fejn l-inflazzjoni kompliet tiżdied b’mod drastiku. B’mod prattiku l-inflazzjoni tinħass l-aktar fil-ħajja ta’ kuljum, bl-aktar żidiet riċenti f’affarijiet bażiċi bħall-ħobż, il-ħalib, il-fuel u l-mediċini l-aktar li jolqtu ħażin il-bwiet tan-nies.