L-attakkant Mario Balotelli kien preżentat uffiċjalment bħala plejer ta’ Brescia. It-Taljan li għandu 29 sena, twieled f’Palermo iżda mar Brescia meta kellu sentejn biss, post li l-familja adottiva tiegħu għadha tgħix, għalkemm missieru miet fl-2015. Balotelli qal li meta qal li ommu nfaqgħet tibki meta qal lilha li kien se jingħaqad ma’ Brescia. Hu se jingħaqad mat-tim promoss wara li spiċċalu l-kuntratt ma’ Olympique Marseille.
Mario Balotelli se jirritorna jilgħab l-Italja wara nuqqas ta’ tliet snin hekk kif ipprefera l-offerta ta’ Brescia minn dik ta’ Flamengo. Waqt il-preżentazzjoni, Balotelli żvela l-intenzjoni tiegħu li jixtieq jilgħab il-Kampjonat Ewropew tas-sena d-dieħla.
Hu ffirma kuntratt ta’ tliet snin bil-bonus skont jekk Brescia jsalvaw posthom. Jekk Brescia jsalvaw hu jista’ jkollu salarju ta’ €4.5 miljun. Balotelli mhux se jkun jista’ jagħmel id-debutt immedjat minħabba li hu sospiż erba’ logħbiet mill-aħħar kampjonat fi Franza. Fl-aħħar tliet snin, Balotelli skorja 41 gowl f’76 logħba fil-kampjonat Ligue 1 ma’ Nice u Olympique Marseille.
//= $special ?>