Futbol Sport

Maurizio Sarri qed isofri minn pulmonite

Il-kowċ ta’ Juventus Maurizio Sarri qed jieħu trattament minħabba pulmonite li hi marda li toħloq diffikultà fin-nifs. Sarri kien fiċ-ċentru sportiv biex jikkordina l-ħidma mal-istaff tekniku għalkemm ma kienx hu li mexxa s-sessjoni. Dan sar magħruf wara testijiet li sabu lbieraħ waranofsinhar.

Stqarrija ta’ Juventus qalet li Sarri kien mistrieħ matul tmiem il-ġimgħa li għaddiet u wara li għamel aktar testijiet kien konfermat li qed isofri minn pulmonite u kien għaddej minn terapija speċifika. L-istqarrija kompliet tgħid li l-kowċ ta l-permess lill-klabb biex jikkomunika l-istat ta’ saħħtu.

Juventus jilagħbu l-ewwel logħba tas-Serie A barra minn darhom fi Stadio Ennio Tardini kontra Parma s-Sibt li ġej. Sa issa għadu mhux ċert jekk Sarri hux se jkun tajjeb biżżejjed biex imexxi lit-tim minn fuq il-bank, f’dak li għandu jkun id-debut uffiċjali fit-tmexxija taċ-champions Taljani.