Lokali

Solitudni anke fil-mewt

Kull soċjetà fid-dinja qed tbati minn din is-saħta l-ġdida – is-solitudni. Issa, s-solitudni qed tkun evidenti anke fil-mewt.

Erbat irġiel fil-jiem li ġejjin se jkunu qed jindifnu f’dak li hu magħruf bħala l-funeral tal-foqra. Dan wara li fl-erba’ każi ma kienx hemm qraba jew ħbieb li jafu l-vittmi u li offrew li jorganizzawlhom il-funeral.

Fil-funerali ta’ dawn l-irġiel, tlieta minnhom Maltin, il-probabbiltà hi li ma jkun hemm ħadd preżenti biex jagħtihom l-aħħar tislima.

F’każi bħal dawn meta ma jitfaċċa ħadd biex jieħu ħsieb il-preparamenti għad-difna tal-persuna, l-awtoritajiet jieħdu f’idejhom dawn l-arranġamenti.