Lokali

Żewġ persuni l-isptar wara li sfaw milquta minn vettura

Raġel ta’ 46 sena minn Ħal Tarxien u raġel ta’ 35 sena residenti l-Marsa kellhom jittieħdu l-isptar Mater Dei għall-kura wara li ntlaqtu minn vettura għall-ħabta tat-08.35 tat-Tnejn filgħodu.

Il-Każ seħħ fil-Marsa meta vettura tat-Tip Toyota Vitz, misjuqa minn mara ta’ 28 sena mill-Imqabba laqtet liż-żewġ persuni.

Fuq il-post ssejħet minnufih għall-għajnuna ta’ tim mediku tal-ambulanzi sabiex ħadu liż-żewġ persuni l-isptar għal aktar kura.

Il-kundizzjoni tal-vittmi għadha mhux magħrufa