Lokali

Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi fl-Imsida

Sewwieq ta’ mutur ta’ 46 sena mill-Għasri qiegħed isofri ġrieħi gravi hekk kif kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Wied tal-Imsida, fl-Imsida. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.00am ta’ dalgħodu.  

Mill-ewwel stħarriġ jidher li kien hemm ħabta bejn vettura, misjuqa minn raġel ta’ 35 sena miż-Żurrieq u mutur. Mal-impatt, is-sewwieq tal-mutur waqa’ minn fuq il-mutur.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-isptar fejn aktar tard ġie ċċertikat li qed isofri ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.