Ħidma mill-Uffiċjali tad-Dwana speċjalizzati f’ħidma kontra l-ħasil tal-flus wasslet biex twaqqaf passiġġier li kien se jitlaq minn pajjiżna bi flus mhix dikjarati.
Il-passiġġier inqabad waqt tfittxija ta’ rutina u fuqu nstabu €15,400 fi flus mhux dikjarati. Hu qabel li jċedi €5,400 li jaqbżu l-ammont stipulat ta’ €10,000 li m’hemmx bżonn ikunu dikjarati biex b’hekk evita proċeduri fil-Qorti.
Sa mill-bidu ta’ Jannar, id-Dwana interċettat €891,936 fi flus mhux dikjarati, fi 38 każ separat.
//= $special ?>