Lokali Mużika

Il-Guggen Band se terġa’ tkun ambaxxatriċi mużikali għal pajjiżna

Il-Big Friends Guggenmusik Band ser tkun qed tesegwixxi mużika Maltija f’Leni, Sqallija bejn is-26 t’Awwissu u l-1 ta’ Settembru.

Il-Guggen Musik, fl-aħħar 10 snin żaret diversi pajjiżi u bliet magħrufa bħal Dubai u Abu Dhabi.

F’Leni, Il-Guggen Musik Band ser ittella’ tliet programmi mużikali fi tliet pjazez ewlenin, fejn ser ikunu qed jiġu esegwiti diversi arranġamenti mużikali Maltin. Il-Banda, komposta minn 40 mużiċist, ser tkun taħt id-direzzjoni tas-surmast Ian Sammut.