Lokali

Il-Ministeru ffriża l-flus tal-KNK – Mark Camilleri

Mark Camilleri jwissi b'riżenja

Fil-profil tiegħu fuq Facebook Mark Camilleri, Chairperson tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK), wissa illi jekk l-affarijiet ma jkunux riżolti hu se jirreżenja mill-kariga. Dan kitbu wara li skont hu l-Ministeru tal-Edukazzjoni ffriża l-flus lill-istess Kunsill u nħarġet ordni li tgħid li l-proċeduri tal-kontijiet tal-KNK għandhom jiġu assorbiti mill-Ministeru.

Camilleri sostna li dan ġara siegħa biss warali kellu konfront ma’ Evarist Bartolo fuq l-awtonomija tal-istess Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.

https://www.facebook.com/mark.camilleri.5/posts/10220463704560870

Fil-kitba tiegħu huwa qal illi l-pożizzjoni tiegħu m’għadhiex tenibbli bis-sitwazzjoni kif inhi. Huwa tenna li l-Ministru ma jaqbilx li l-liġi tal-Kunsill tiġi elevata għall-att tal-Parlament.

Camilleri sostna li burokratiċi mill-Ministeru lanqas għandhom idea kif taħdem l-industrija privata u wisq inqas il-KNK u l-industrija tal-kotba u jridu jreġġgħu l-arloġġ lura 30 sena u jagħmlu mill-KNK dipartiment tal-gvern.