L-Assistent Kummissarju Alexander Gatt kien wieħed minn żewġ uffiċjali tal-Pulizija li sfaw attakkati minn Niġerjan ta’ 31 sena residenti f’Birżebbuġa.
Nicholas Obaseki kien involut f’inċident tat-traffiku b’vettura mhux assikurata waqt li kien fis-sakra. Kien malli ra l-Pulizija li n-Niġerjan ippanikkja, għax skont l-avukat tiegħu kien midrub, u ħebb għall-Pulizija.
Hu kien akkużat ukoll li weġġa’ liż-żewġ uffiċjali, heddidhom, kif ukoll li saq bla liċenzja jew polza tal-assikurazzjoni, li kien fis-sakra u li kiser il-kundizzjonijiet ta’ libertà proviżorja.
L-avukat Gianluca Caruana Curran deher għall-akkużat u talab għal-libertà proviżorja, iżda l-Prosekuzzjoni oġġezzjonat għax qalet li mhux affidabbli.
Madankollu l-Maġistrat Pawlu Lia laqa’ t-talba fuq depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €10,000.
//= $special ?>