Rugby Sport

L-Afrika ta’ Isfel isofri daqqa ta’ ħarta hekk kif Coetzee se jitlef it-Tazza tad-Dinja

(Ritratt: Gallo Images)

Marcell Coetzee se jitlef it-Tazza tad-Dinja wara li kien konfermat li jagħmel operazzjoni fl-għaksa u se jdum barra mill-azzjoni 12-il ġimgħa. L-attakant tal-Afrika ta’ Isfel inbidel wara 17-il minuta fir-rebħa li kellhom kontra l-Arġentina fi Pretoria, f’logħba ta’ preparazzjoni.

Il-kowċ Rassie Erasmus kien qed jittama li Coetzee seta’ jkun disponibbli meta jħabbar l-iskwadra ta’ 31 plejer it-Tnejn li ġej. L-Afrika ta’ Isfel tinsab diġà mingħajr Warren Whiteley li jilgħab fil-pożizzjoni number 8 u issa jridu jsibu sostitut għal Duane Vermeulen, b’Francois Louw lagħab fuq wara tal-iscrum dan l-istaġun ukoll.

Lizo Gqoboka, Thomas du Toit, Marvin Orie u Andre Esterhuizen ma kinux fit-tim għall-impenn fil-Currie Cup fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, deċiżjoni li probabbilment tfisser li mhux se jkunu fl-iskwadra. L-Afrika ta’ Isfel tiftaħ l-impenji tagħha fit-Tazza tad-Dinja f’Yokohama fil-21 ta’ Settembru. Huma jinsabu fil-grupp flimkien mal-Italja, in-Namibia u l-Kanada.