Lokali

Malta bl-inqas rata ta’ twelid fis-sajf minn fost il-pajjiżi tal-UE

Statistika ppubblikata mill-Eurostat żvelat li pajjiżna kellu l-inqas ammont ta’ trabi mwielda fis-sajf.

L-istatistika, li tħares lejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea matul l-2017, turi fl-2017 twieldu 4,319-il tarbija li minnhom kienu biss madwar kwart, jiġifieri 1,079 li twieldu f’Ġunju, Lulju u Awwissu.

Għall-kuntrarju ta’ Malta, il-medja fl-Unjoni Ewropea kienet 26.2%, bl-iktar pajjiżi li rreġistraw rati għolja ta’ twelid fis-saf ikunu s-Slovenja u l-Estonja b.27.3%.

Fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea matul l-2017 twieldu madwar ħames miljun tarbija, li minnhom kien 1.3 miljun li twieldu fit-tliet xhur tas-sajf.

Fl-istess waqt, il-popolazzjoni ta’ pajjiżna qed tkompli tikber tant li issa pajjiżna jgħodd kważi n-nofs miljun persuna.

L-iktar statistika riċenti ppubblikata mill-Eurostat, li din id-darba tħares lejn is-sena li għaddiet, uriet li l- popolazzjoni totali ta’ Malta u Għawdex hija stmata għal 493,559 sal-aħħar tal-2018. Dan ifisser żieda ta’3.8% meta mqabbel mal-2017.

F’sena waħda biss, il-popolazzjoni ta’ Malta u Għawdex telgħet b’iktar minn 15,400 persuna. Fil-ħames snin bejn l-2013 u l-2017, il-popolazzjoni f’Malta splodiet bi kważi 46,000.

L-akbar żieda fl-immigranti hija minn pajjiżi li ġejjin minn barra l-Unjoni Ewropea. Żieda ta’ 9209 minn dawn il-pajjiżi fl-2018Skont l-istatistiċi tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), fl-2018 il-popolazzjoni żdiedet l-aktar minħabba l-immigrazzjoni.