Raġel ta’ 57 sena weġġa’ gravi waqt li kien qed jaħdem fl-Iskola Primarja tal-Mellieħa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-disgħa neqsin għoxrin ta’ dalgħodu, fl-iskola primarja li tinsab fi Triq Qasam Barrani, il-Mellieħa.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari illi sar, irriżulta li raġel ta’ 57 sena residenti l-Mosta waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħlijiet.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>