Raġel residenti ż-Żurrieq ingħata sentenza ta’ ħames xhur ħabs, sospiżi għal sena, wara li kkawża biża’ li se juża l-vjolenza fuq martu.
Il-każ seħħ it-Tnejn meta l-mara talbet lill-Pulizija biex imorru għandhom hekk kif sensiela ta’ episodji beżżgħuha li setgħet tintuża vjolenza kontriha.
Il-Pulizija damu għal xi ħin iħabbtu fuq il-bieb, sakemm finalment ir-raġel fetaħ il-bieb ta’ barra. Mir-residenza, il-Pulizija ssekwestraw ukoll arma li madankollu ma kinitx użata f’dan il-każ.
L-akkużat ammetta l-ħtija ta’ dan l-episodju, deskritt bħala uniku, bil-Qorti li rabtet lill-akkużat biex iżomm il-paċi ma’ martu għal sena, inkella jeħel ukoll multa ta’ €1,000.
//= $special ?>