Lokali Qorti

18-il xahar ħabs sospiżi wara li faqa’ flixkun f’wiċċ mara

Raġel li fl-2006 faqa’ flixkun tal-birra f’Paċeville f’wiċċ mara ġie kkundannat tmintax-il xahar ħabs sospiżi għat tliet snin wara li nstab ħati li darab gravi lill-vitma.

L-akkużat, Gordon Farrugia u l-vittma li dak iż-żmien kellha 24 sena, quddiem il-Qorti taw verżjonijiet differenti.

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Ian Farrugia semgħet kif il-vittma ġiet imbuttata minn żewġ nisa li kienu qegħdin jiżfnu viċin tagħha qabel beda argument verbali li eskala… Kien hemmek fejn daħal Farrugia u faqa’ l-flixkun fuq wiċċ il-vittma.

Minkejja dan l-akkużat qal li l-anqas biss kien hemm dakinhar tal-inċident iżda l-Qorti ddikjarat li li kien hemm biżżejjed provi biex temmen l-każ miġjub mill-prosekuzzjoni.

B’hekk Farrugia nstab ħati li kkawża ġrieħi gravi fuq il-vittma, li prova joqtolha u li poġġielha ħajjitha fil-periklu… dan wassal biex ingħata sentenza ta’ 18-il xahar ħabs sospiżi għal 3 snin.