Lokali

Ferħ ta’ fjamingu maqtul f’Marsaskala

Wara li ferħ ta’ fjamingu paxxa lil bosta li kienu qegħdin fil-bajja tal-Għadira lbieraħ, aktar tard filgħaxija, is-CEO ta’ Birdlife, Mark Sultana, permezz ta’ video fuq Facebook habbar li kien għadu kemm xehed il-qtil ta’ għasfur tal-istess tip.

Sultana qal li ra l-fjamingu nieżel mis-sema f’għalqa fiz-zona magħrufa bħala l-Munxar, f’Marsaskala. Hu qal li fil-ħin tal-isparaturi, kien hemm tlett ifrieħ jittajru, u wieħed minnhom intlaqat. Fil-video Mark Sultana qal li kien qiegħed fuq il-post jistenna lill-Pulizija tal-ALE jaslu.

Intant, is-Segratarju Parlamentari responsabbli għad-Drittijiet tal-Annimali Clint Camillier f’risposta lil media lokali qal li ma setax jikkonferma din l-aħbar.

X’aktarx il-fjammingi kienu parti minn qatgħa ta’ 35 għasfur li ttajru fuq pajjiżna fl-aħħar sigħat.

Min informazzjoni li rċieva Net News, it-Tnejn, għasfur ieħor protett, Bagħdan Aħmar, tniżżel fiż-żona ta’ taħt ir-Rabat Malta, fejn il-Veterinarju tal-Gvern ikkonfermat li dan kien ukoll vittma ta’ kaċċa illegali.

Dan ifisser li f’24 siegħa ġew irrappurtati l-qtil ta’ żewġ għasafar protetti f’pajjiżna.