Lokali

Il-kunjom Borg huwa l-iktar komuni

Aktarx timmaġina li Borg hu l-aktar kunjom komuni f’Malta u Għawdex. U dan reġa’ kien ikkonfermat fl-aħħar Ċensiment, fejn irriżulta wkoll li f’pajjiżna hawn 19,000 kunjom differenti.

Aktarx timmaġina li Borg hu l-aktar kunjom komuni f’Malta u Għawdex. U dan reġa’ kien ikkonfermat fl-aħħar Ċensiment, fejn irriżulta wkoll li f’pajjiżna hawn 19,000 kunjom differenti.

Kont taf li bil-Latin, il-kunjom Borg ifisser belt u bl-Għarbi jfisser torri? U li kien diġà dokumentat f’Malta sa mis-sena 1419? U llum, Borg tant baqa’ popolari li hu stmat li persuna minn kull 25 għandhom dan il-kunjom.

Skont il-lista tal-aktar kunjomijiet komuni f’pajjiżna, isegwu lil Borg: il-kunjomijiet Vella, Farrugia, Camilleri u Zammit.

Iżda Borg hu wkoll l-aktar wieħed komuni meta nitkellmu dwar id-‘double barrel surnames’ – jiġifieri meta żewġ kunjomijiet jingħaqdu flimkien.

Dan ifakkar lil ħafna fil-kunjom Borg Olivier, pereżempju, wara żwieġ bejn Karlu Borg u Angelica Olivier fl-1705 … jiġifieri biss biss, dan ilu aktar minn 300 sena!

Sadanittant, miċ-Ċensiment jirriżulta wkoll li l-aktar 10 kunjonijiet komuni – li ma’ dawk ta’ aktar kmieni jingħaqdu wkoll Grech, Galea, Caruana, Agius u Cassar – huma dawk ta’ madwar kwart tal-popolazzjoni.