Futbol Sport

Kumitat ġdid għall-MFRA

Il-Malta Football Referees Association (MFRA) għandha kumitat ġdid.

It-Tnejn li għadda kienet ġurnata importanti għall-MFRA fejn fil-Laqgħa Ġenerali Annwali, il-membri ħatru kumitat ġdid għall-istaġun 2019/2020.

Dan il-kumitat huwa kompost minn:

Mario Apap – President

Trustin Farrugia Cann – Viċi President

Ishmael Barbara – Segretarju Ġenerali

Luke Portelli – Teżorier

Pierre Bonnici, William Debattista, Kurt Saliba, Mitchell Scerri u Fyodor Zammit – Membri

Fi stqarrija, il-kumitat il-ġdid irringrazzja l-amministrazzjoni preċedenti mmexxija Alexie Tabone għall-ħidma tagħhom matul l-aħħar snin.

Fl-ewwel messaġġ tiegħu bħala president ġdid, Mario Apap saħaq li l-ewwel prijorita ta’ dan il-kumitat ser tkun it-trankwillita u l-għaqda fost il-membri tagħha.

L-MFRA rringrazzjat ukoll lill-ex President tal-Malta Football Association (MFA) Norman Darmanin Demeja u lill-ex Viċi President Alex Manfre għas-sostenn kontinqu li taw lis-settur tar-referees f’Malta.

Il-kumitat feraħ ukoll lill-amministrazzjoni l-ġdida tal-MFA, immexxija issa mill-President Bjorn Vassallo, u awgura l-ħidma fejjieda lill-Kumitat tar-Referees, immexxi miċ-Chairman Adrian Casha li kien elett Viċi President tal-MFA fl-aħħar elezzjoni.

L-MFRA awguraw ukoll lid-Dipartiment tar-Referees immexxi minn Kevin Azzopardi.

L-istqarrija temmet tgħid li l-kumitat tal-MFRA jixtieq jawgura lir-referees kollha staġun ta’ suċċess.