Lokali Qorti

Sentenza sospiża wara li weġġa’ gravi meta prova jaħrab

Mohammed Sellem, Marokkin li ħarab mid-detenzjoni f’Ħal Safi, ingħata sentenza sospiża wara li l-Qorti rat kif kien weġġa’ gravi fil-proċess tal-ħarba lura fil-15 ta’ Lulju.

Quddiem il-Maġistrat Victor Axiaq, l-Ispettur Roderick Attard spjega kif l-akkużat kien parti minn grupp akbar ta’ detenuti li ħarbu mill-Barracks ta’ Ħal Safi, b’dawk kollha li ħarbu, minbarra Sellem, weħlu sitt xhur ħabs.

L-akkużat wieġeb li hu ħati tal-akkuża u appella għall-umanità tal-Qorti, hekk kif ingħad li saħansitra qatta’ xahar l-isptar u għamel żewġ operazzjonijiet.

L-Ispettur Attard insista fuq il-ħabs madankollu l-avukat tad-difiża ssuġġerixxa sentenza sospiża.

Il-Maġistrat sab lill-akkużat ħati bl-ammissjoni tiegħu stess u filwaqt li kkundannah 6 xhur ħabs, issospenda s-sentenza għal perjodu ta ‘sentejn.

L-Avukat Joe Brincat, li deher għall-akkużat.