Lokali

Taħriġ għall-klieb tal-kaċċa waqt l-istaġun magħluq

Fil-futur qarib il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) se tkun tista torganizza attivitajiet ta’ taħriġ tal-klieb tal-kaċċa għall-speċi tal-ordni magħrufa bħala ‘Galliforms‘, bħas-summien fost oħrajn simili mill-lista kaċċabli, anke fl-istaġuni magħluqa tal-kaċċa tal-għasafar. 

L-Għasafar li jintużaw f’dawn l-attivitajiet ikunu tnisslu u trabbew fil-magħluq mill-FKNK.
 
Il-FKNK ilha snin b’suċċess torganiżża dawn it-tip ta’ attivitajiet waqt l-istaġun miftuħ għall-kaċċa għall-membri tagħha, u ilha daqstant ieħor tiddiskuti mall-awtoritajiet kompetenti biex dawn it-tip ta’ attivitajiet ikunu ukoll possibli waqt l-istaġun magħluq.