Futbol Sport

Zappacosta preżentat bħala plejer ta’ Roma

(Ritratt: AS Roma)

Davide Zappacosta se jirritorna jilgħab fl-Italja wara li ntlaħaq ftehim biex jingħaqad b’self ma’ Roma mingħand Chelsea. Hu se jilgħab ma’ Roma sal-aħħar ta’ Jannar, b’għażla li jiġi estiż is-self sal-aħħar tal-istaġun. L-internazzjonali Taljan ta’ 27 sena ġedded ukoll il-kuntratt ma’ Chelsea b’sena.

Fi stqarrija fuq is-sit uffiċjali ta’ Roma, Zappacosta qal li l-esperjenza barra l-pajjiż għenet lilu biex jikber kemm bħala plejer kif ukoll bħala persuna. Hu kompla li jkollu l-opportunità li jilgħab ma’ klabb bħal Roma hi ta’ motivazzjoni kbira għalih.

Id-Direttur Sportiv ta’ Roma Gianluca Petrachi ħadem ma’ Zappacosta fiż-żmien meta kienu ma’ Torino u qal li Roma akkwistaw plejer li mmatura bħala plejer kif ukoll bħala persuna wara esperjenza f’kampjonat ieħor. Zappacosta lagħab 52 logħba ma’ Chelsea minn meta ngħaqad magħhom mingħand Torino fl-2017 u magħhom rebaħ l-FA Cup u l-Europa League.