Lokali

Appell biex ir-reklużjoni tiġi eliminata – Prof. Andrew Azzopardi

"Ħtieġa ta’ ribilitazzjoni ġusta li tgħin lill-individwu jersaq lejn il-komunità u mhux jitbiegħed minnha"

.Is-sistemà tar-reklużjoni, jiġifieri li priġunier jinżamm f’iżolament, għandha titneħħa għax mhux tagħmel ġid, la għar-ribilitazzjoni tal-individwu u lanqas għas-sistema korrettiva ta’ Malta.

Dan qalu ma’ Net News id-Dekan tal-Fakultà għall-Ġid tas-Soċjetà, il-Professur Andrew Azzopardi, wara li fl-aħħar jiem ħareġ stqarrija bl-ideat tiegħu fuq dan is-suġġett.

“Irridu nużaw sistemi oħrajn ta’ ribilitazzjoni, li jgħinu lill-priġunieri tassew jersqu qrib il-komunità”

Fost oħrajn Azzopardi jitkellem dwar kif din is-sistema korrettiva tista’ tiffunzjona aħjar. Huwa qal li hemm il-ħtieġa li l-priġunier iħallas ta’ għemilu, u li meta joħorġu mis-sistema ikunu persuni aħjar, madnakollu huwa tenna li r-reklużjoni qed toħloq aktar sens ta’ rabja u korla tal-individwu lejn il-komunità.

Il-Professur Azzopardi appella u ġibed l-attenzjoni lill-politiċi konċernati biex jikkunsidraw dan il-proċess, u jekk ir-reklużjoni għandhiex tibqa’. Magħna jitkellem ukoll fuq l-impatt li din tħalli fuq il-priġunier, l-istudji li saru u x’metodi diversi jistgħu jintużaw flok dan.  Huwa ħares lejn riċerka internazzjonali li tgħid li anki r-reklużjoni f’perjodu qasir tħalli impatt emottiv, fiżiku u sensorjali.

Din hija issue ta’ politika, milli tal-ħabs, il-ħabs jimxi skont id-direzzjoni li jtugħ l-imħallfin u l-proċeduri”.

Azzopardi qal li huwa tajjeb li x-xogħol fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin qed isir ukoll bl-involviment tal-Fakultà għall-Ġid tas-Soċjetà. Azzopardi infatti tenna li din l-istess Fakultà tista’ tgħin aktar f’din ir-riforma meħtieġa fil-qasam. Huwa qal li mhux lest qed jitkellem fuq il-problema, iżda wkoll qed joffri l-għajnuna tal-Fakultà. Infatti elenka li l-Fakultà tinsab lesta li tgħin, bħal ma diġà għamlet fl-aħħar snin.

Huwa wera d-dispjaċir li għax il-ħabsin għamlu xi ħaġa ħażina, ma jfissirx li kull metodu li jintuża bħalissa huwa tajjeb. Semma’ wkoll li ż-żminijiet inbidlu, u għalkemm metodu ilu jintuża, ma jfissirx li hu tajjeb għal-lum. Tant hu hekk li jirrimarka li r-riċerka qed tgħid mod ieħor. 

Azzopardi qal li hemm modi oħra bħal nuqqas ta’ privileġġi, f’sistemà li tista’ tgħin u tħalli effett aktar pożittiv biex l-individwu jirriabilità ruħu.

Ikkummenta