Il-Partit Nazzjonalista jwassal l-kondoljanzi u d-dispjaċir kbir tiegħu għall-mewt ta’ Paul Muscat Terrible. Ċertament li ġie msejjaħ f’dinja aħjar bniedem li serva b’għaqal, intelliġenza, korrettezza u ġentilezza fil-kamra tad-deputati.
Clyde Puli, is-Segretarju tal-PN permezz ta’ stqarrija qal li fil-pożizzjonijiet li okkupa speċjalment bħala aġent Skrivan tal-Kamra kien ta’ gwida għal kull Speaker u membru parlamentari. Kien rikonoxxut minn dawk li ħadmu miegħu bħala fonti ta’ informazzjoni dwar l-proċeduri parlamentari, deċiżjonijiet tas-sedja u preċiż fil-proċeduri parlamentari.
L-isqtarrija kompliet li huwa serva f’mumenti diffiċli ħafna għad-demokrazija Maltija u kien gwida liż-żewġ naħat tal-kamra. Huwa permezz ta’ bnedmin bħalu li pajjiżna mexa ‘l quddiem fi triqtu.
//= $special ?>