Lokali

Il-PN isellem lil Paul Muscat Terribile

Il-Partit Nazzjonalista jwassal l-kondoljanzi u d-dispjaċir kbir tiegħu għall-mewt ta’ Paul Muscat Terrible. Ċertament li ġie msejjaħ f’dinja aħjar bniedem li serva b’għaqal, intelliġenza, korrettezza u ġentilezza fil-kamra tad-deputati.

Clyde Puli, is-Segretarju tal-PN permezz ta’ stqarrija qal li fil-pożizzjonijiet li okkupa speċjalment bħala aġent Skrivan tal-Kamra kien ta’  gwida għal kull Speaker u membru parlamentari. Kien rikonoxxut minn dawk li ħadmu miegħu bħala fonti ta’ informazzjoni dwar l-proċeduri parlamentari, deċiżjonijiet tas-sedja u  preċiż fil-proċeduri parlamentari.

L-isqtarrija kompliet li huwa serva f’mumenti diffiċli ħafna għad-demokrazija Maltija u kien gwida liż-żewġ naħat tal-kamra.  Huwa permezz ta’ bnedmin bħalu li pajjiżna mexa ‘l quddiem fi triqtu.