Żewġ persuni ġarrbu ġrieħi gravi wara li kienu involuti f’inċident bejn ħames vetturi, erba’ karozzi u mutur. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-3.45 ta’ wara nofsinhar fi Triq l-Imġarr, f’Għajnsielem Għawdex.
Minn informazzjoni li walistilna jidher li seħħ impatt bejn karozza tat-tip Hyundai i20 misjuqa minn raġel ta’ 44 sena mill-Ukrajna residenti San Ġiljan, vettura tat-tip Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 46 sena residenti l-Għarb u mutur tat-tip Triumph Tiger Explorer XC misjuq minn raġel ta’ 59 sena residenti x-Xagħra, Għawdex. Konsegwentement, iż-żewġ vetturi u l-mutur kellhom ukoll impatt ma’ żewġ vetturi tat-Tip Nissan Micra u Toyota Prius li kienu ipparkjati.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji. Il-mara kellha tittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex ukoll minħabba x-xokk qawwi li kellha.
Dan huwa r-raba’ inċident li seħħ f’din it-triq f’temp ta’ ftit jiem.
