Lokali

L-akbar Festival tal-Inbid f’Għawdex

Matul tmiem din il-ġimgħa, għas-sbatax-il sena konsekuttiva, in-Nadur se jkun qed jilqa’ l-akbar festa tal-inbid fil-gżira Għawdxija, bejn il-Ġimgħa 23 u l-Ħadd 25 ta’ Awwissu.

Dan il-festival se jinżamm fi Ġnien il-Kunsill, liema b elvedere minnu jista’ jitgawda l-fliegu ta’ bejn Malta u Għawdex, fejn saħansitra rebaħ l-isbaħ belvedere f’pajjiżna lura fis-snin.

Grazzi għal Delicata Family Winemakers, din il-festa se tinkludi kwantità sħiħa ta’ stands tal-inbid prodotti f’pajjiżna, filwaqt li dawk preżenti jistgħu wkoll iduqu ikel differenti minn stands li jkunu armati.

Il-Wine Festival se jsir fuq tlett ijiem, dejjem wara s-7.00 ta’ filgħaxija, u kulħadd jista’ jgawdi serati sħaħ ta’ mużika minn bands mill-aqwa fosthom Big Band Brothers, Cash & Band, D Capitals Band. Upper Lip, Strait Ahead, Grovestreet, Rebecca & The Passengers u Ivy Walls. Dawn flimkien ma’ preżentaturi bħal J Anvil u DJs bħal Pierre Cordina u Ronald Briffa.

Dan kollu se joffri garanzija ta’ divertiment, inbid u ikel mill-aqwa, spettaklu kif ukoll sorpriżi ma jonqsux.