Lokali

Sirjan iweġġa’ gravi wara li sofra ħruq waqt li kien qed ibiddel ċilindru tal-gass

Ritratt: Martin Agius

Sirjan ta’ 25 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li sofra ħruq waqt li kien qed ibiddel ċilindru tal-gass. L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-ħdax u għoxrin f’residenza privata fi Triq is-Sibbien, Marsaskala.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar, irriżulta li s-Sirjan, residenti Marsaskala, sofra xi ħruq ikkawżati minn fjamma li ħarġet waqt li kien qed ibiddel ċilindru tal-gass.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi. L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.