Lokali

AĠĠORNATA: Ivy Evison – il-mara li tilfet ħajjitha f’inċident tat-traffiku f’Għajnsielem

Tilfet ħajjitha Ivy Evison, il-mara ta’ 41 sena mil-Latvija residenti s-Swieqi li l-għada tal-festa ta’ Santa Marija, fis-sigħat bikrin, tilfet ħajjitha wara li kienet involuta f’inċident fi Triq l-Imġarr Għajnsielem, Għawdex.

Media lokali jumejn ilu rrapurtaw il-mewt ta’ din il-mara, iżda meta netnews ikkuntattja lill-Pulizija, dakinhar ma ngħatajniex informazzjoni li din il-mara kienet tilfet ħajjitha.

Madanakollu netnews jinsab infurmat li dakinhar il-vittma kienet dikjarata klinikament mejta (brain dead) iżda kien biss illum li ttiedet deċiżjoni mill-qraba li jintfew il-magni għax ma kienx hemm iktar tama għaliha, fejn ittieħdet il-kamra mortwarja.

Bosta kienu dawk fuq il-media soċjali li urew d-dispjaċir tagħhom għall-mewt ta’ Ivy li kienet deskritta bħala mara dejjem ferriħija u ta’ qalb tajba. Hija kienet għalliema tal-attività fiżika.

Ivy flimkien ma’ bintha kienu ilhom jgħixu f’pajjiżna għal diversi snin tant li t-tifla tagħha li għandha sittax-il sena tattendi l-skola hawn Malta.