5 persuni tilfu ħajithom fil-muntanji Tatra fil-Polonja u s-Slovakkja wara li ntlaqtu minn sajjetti.
Is-sindku ta’ Zakopane Leszek Dorula ddikjara l-jum tal-Ġimgħa bħala wieħed ta’ luttu nazzjonali.
Intant il-Prim Ministru Pollak Mateusz Morawiecki qal li minbarra l-ħames persuni li tilfu ħajjithom, madwar 100 persuna oħra sfaw midruba, uħud minnhom bi ħruq sever.
Xhieda li kienu fiz-zona qalu li l-maltempata bis-sajjetti żviluppt f’daqqa u li l-ġurnata kienet bdiet b’temp bnazzi.
Ħadd ma kien qed jistenna maltempata ta’ dan it-tip, li ma kienitx prevedibbli.
Il-muntanji Tatra jinsabu fil-fruntiera bejn il-Polonja u s-Slovakkja.
Is-sajjetti laqtu grupp turisti fuq Giewont, muntanja għolja 1,894 metru.
Xabbata tal-muntanja spiss jippjanaw li jtemmu ż-żjara tagħhom fuq il-quċċata fejn hemm salib tal-metal tal-1901. Is-salib hu maħsub li jiġbed is-sajjetti.
//= $special ?>