Residenti fi Triq Ġuże Galea f’Ħal Qormi kienu evakwati għal xi ħin minn djarhom wara li seħħet splużjoni kkawżata minn ħruġ ta’ gass miċ-ċilindru f’residenza minnhom.
Kawża ta’ dan l-inċident, li seħħ għall-ħabta tan-12.25pm, ir-residenza nħakmet minn nirien.
Residenta, ta’ 58 sena, ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura minn tim mediku li mar fil-post. Minn informazzjoni li kiseb NET News jirriżulta li l-mara belgħet xi duħħan, filwaqt li kienet qed tbati minn xokk qawwi.
Ir-residenti ngħataw l-ewwel għajnuna fil-post mill-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li wettqu ħidma intensiva biex jikkontrollaw in-nar.
Fil-post marru wkoll il-Pulizija, li għadhom qed jinvestigaw il-każ.
//= $special ?>